|
|
|
|


Dan huwa gnien pjuttost ricenti. Kif jixhed ismu, dan il-gnien gie inawgurat fis-sena tal-millenju - is-sena 2000. Huwa gnien li ghandu diversi elementi sbieh li jaghmluh gnien mill-isbah. Matul iz-zmien dan il-gnien kompla jissebbah, l-aktar zvilupp ricenti tkun il-funtana li hemm f'nofs dan il-gnien pubbliku. Dan il-gnien jinsab precizament qalb il-Housing Estate ta' Hal Ghaxaq, f'nofs id-djar tal-Gvern. Meta gie inawgurat dan il-gnien, ghal din l-okkazzjoni kien sar marc komuni miz-zewg baned tal-lokal li kien beda mic-centru tar-rahal u ntemm biswit dan il-gnien.

Dan huwa gnien iehor li jista' jitqies li kien minn tal-bidu fir-rahal taghna. Dan il-gnien jinsab ezattament fil-Bypass ta' Hal Ghaxaq (Dawret Hal Ghaxaq) faccata tal-gnien l-iehor - Gnien 2000. Dan il-gnien, kif jixhed ismu, kien zviluppat biex jikkommemora lis-sena meta Malta kisbet il-Helsien. F'dan il-gnien insibu nicca bi statwa tal-Madonna u hamiema f'idejha maghrufa aktar maghna l-Ghaxqin bhala l-Madonna tad-Dobbu (tad-Dobbu huwa l-laqam tal-familja li ghamlet din l-istatwa).

Mat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f' Malta, inkluz dak ta' Hal Ghaxaq, dawn il-Kunsilli beda jkollhom diversi impenji fil-lokalita' rispettiva taghhom. Wiehed mill-progetti l-kbar, li l-Kunsill Lokali ta' Hal Ghaxaq ha hsieb li jaghmel, kien dan il-misrah sabih hekk imsejjah ta' Santu Rokku. Il-Kunsill kien ha hsieb li jizviluppa bicca art imdaqqsa sew f' Misrah, fejn wiehed jista' jghaddi ftit tal-hin ghall-kwiet fuq bank. Kien jinkorpora wkoll il-bandli fuq wara ta' din il-art kif ukoll klabb tal-bocci li jigi sewwa sew bejn dawn iz-zewg postijiet. F' nofs dan il-misrah tqieghdet ukoll statwa li kienet ilha hemm sa miz-zmien meta Malta kienet inhakmet mill-qerda tal-Pesta. Fortunatament ir-rahal taghna ma kienx intlaqat u ghalhekk in-nies li kienu jghixu dak iz-zmien hadu hsieb li jaghmlu din l-istatwa bhala ringrazzjament lil Alla u lil dan il-qaddis Santu Rokku. Illum il-gurnata huwa dmirna li niehdu hsieb dan il-post ta' rikreazzjoni.


bravenet.com