untitled
viviti

Photobucket

 

Photobucket

 

PhotobucketPhotobucketPhotobucketPhotobucket

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F’ nofs it-triq li mill-Gudja tasal ghal Hal Tarxien, tinsab knisja zghira ddedikata lil Santa Lucija.  Illum din il-kappella tinsab mhux boghod hafna mir-rahal ta’ Santa Lucija, li ha ismu propju minn kif kienet tissejjah l-art ta’ l-inhawi.

 

Illum, din il-kappella tinsab izolata fil-kampanja; imma meta nbniet, kienet f’salib it-toroq bejn it-triq li, minn Bisqallin (iz-Zejtun) u l-Lvant kollu ta’ Malta, wiehed kien irid jghaddi biex imur l-Imdina, u t-triq l-ohra li, miz-Zurrieq u Bir Miftuh (il-Gudja), wiehed kien jghaddi biex imur il-Birgu; dan qabel ma nbniet il-Belt Valletta.  Mal-bini tal-Belt, saru toroq godda, u t-toroq ta’ madwar il-kappella ta’ Santa Lucija illum spiccaw iservu bhala trejqiet biex iwasslu biss ghall-ghelieqi.

 

 

Ricentement sar restawr estensiv fil-Kappella ta’ Santa Lucija li tinsab fil-konfini ta’ Hal Ghaxaq. Dan ir-restawr sar bl-inizjattiva tal-Fondazzjoni mwaqqfa minn Dr. Mario Rizzo Naudi.  Diversi individwi Ghaxqin taw kontribut biex dan ir-restawr sar possibbli. Fost dawn kien hemm il-Kunsill Lokali ta’ Hal Ghaxaq li pprovda l-haddiema tieghu fejn ghamlu xoghol fil-gewwieni ta’ din il-Kappella. Dawn il-haddiema ghamlu xoghol kbir ta’ kxif u invjar tal-gebel b’mod specjali tal-hnejjiet fejn ingiebu ghall-istat originali taghhom. Saret tindifa u tibjida lis-Sagrestija kif ukoll lill-istess Kappella.  Saru tiswijiet kbar fl-inkwadru tal-qaddisa u tindif u restawr iehor fl-artal ta’ din il-kappella.

 

 

L-ewwel gebla ta’ din il-Knisja tqieghdet fit-23 ta’ Jannar 1761, u tlestiet mill-bini tal-gebla fit-3 ta’ Lulju, 1762.  Il-Perit tad-disinn tal-knisja kien l-istess perit tal-knisja parrokkjali ta’ Hal Ghaxaq, is-sur Bastjan Saliba.  Din il-knisja tbierket u nfethet ufficcjalment fid-29 ta’ Mejju 1763.  Il-knisja ghandha altar wiehed imdawwar bi skultura stil Barokk moderat.  L-apside ta’ fuq l-altar tolqtok hafna.  Il-Kwadru ta’ San Filippu Neri hu xoghol tal-pittur Rokku Buhagiar, u ghandu d-data 1763, fl-isfel tal-kwadru.

Il-knisja hija twila 25 pied u wiesgha 20 pied, mibnija f’ forma rettangulari, bil-faccata u d-dahar minn gewwa jiksru ftit fuq it-tond minhabba l-ispazju ghall-bini ta’ l-altar u ghall-ftuh tal-bieb ta’ barra.  Il-knisja tesgha madwar 40 persuna bil-qieghda.  Hija mibnija fuq erba’ arkati, li fuqhom tistrieh il-koppla bl-anterna zghira maqsuma fi tmien twieqi.  Il-gallerija ta’ l-orgni, kbira u mifruxa minn genb ghall-iehor tal-knisja, hija ta’ l-injam u ghandha disinn mill-isbah.  L-orgni li kien ingieb mill-Italja hekk kif tlestiet il-knisja, illum jinsab fil-Muzew tal-Katidral ta’ l-Imdina biex ikun ikkonservat ahjar. 

 

Il-knisja fuq barra ghandha portiku b’ rixtellu tal-hadid.  Id-disinn ta’ dan il-portiku jixbah hafna lill-portiku tal-knisja ta’ Santa Katarina ta’ l-Italja li hemm fil-Belt Valletta.  Il-faccata tal-knisja minn barra hi mibnija fuq tliet ordnijiet jew pjani.  L-ewwel pjan jikkonsisti mill-portiku li jidher qisu separat mill-faccata, imma mhux hekk.  L-idea tal-portiku kienet minn dejjem tifforma parti integrali mill-faccata.  It-tieni pjan hu l-parti  centrali tal-faccata li tiddomina it-tieqa ewlenija u kbira li taghlaq bi frontispizju tal-portiku.  It-tielet pjan hu l-koppla bl-anterna bis-salib li tielgha fuqha, u mdawwra bil-ballavostri helwin mac-cinturin taghha, u torbot kollox f’ unita’ wahda, u taghti dehra arkitettonikament helwa u sabiha lill-faccata kollha.

 

 

 

 

 

Fis-17 t’Ottubru, 1852, tqeghdet l-ewwel gebla tal-knisja ta’ Santu Kristu, waqt funzjoni religjuza li bidet b’pellegrinagg mill-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Ghaxaq ghal fuq il-post imsejjah “Ta’ Kalamija”.  Il-perit u l-imghallem tax-xoghol kien Frangisku Carabott miz-Zejtun.  Il-knisja hadet sitt snin, hdax-il xahar u disat ijiem sal-jum meta tbierket fis-26 ta’ Settembru 1859.

 

     

Din il-knisja ghandha storja interessanti warajha.  Kienet is-sena 1766 meta Mikielang Zammit, perit tar-raba’ minn Hal Ghaxaq, kien sema’ priedka fuq il-Passjoni ta’ Kristu li tant impressjonatu, li ghamilha f’mohhu li jibni nicca lil Gesu Redentur fuq il-gholja fl-inhawi ta’ Santa Lucija tal-Barrani hdejn it-Torri ta’ Kalamija fit-triq li minn Hal Ghaxaq tiehu ghall-Belt jew il-Kottonera.  Kien ghadda z-zmien izda ma sar xejn.  Gara li darba kien ghaddej mit-triq ta’ l-inhawi fejn kien haseb li jibni n-nicca, u nqalaghlu incident li waqa’ biz-ziemel b’ kollox.  Malajr rega’ fegg f’ mohhu l-hsieb tan-nicca li wieghed li jaghmel, u dak il-hin iddecieda li, flok nicca wahda, jaghmel nicca ohra ghall-Veronika wkoll.

 

Mikielang akkwista l-art b’xejn u qabbad lill-bennej biex jibnilu n-nicec li xtaq jaghmel.  L-ewwel nicca, dik ta’ Gesu’ Redentur, tlestiet fis-sena 1807, u sena wara, fis-26 ta’ Lulju, 1808, tpoggiet l-istatwa tal-gebel ta’ Gesu mghobbi s-salib – xoghol ta’ Pawlu Azzopardi, minn Bormla.  Is-Sur Mikielang miet, u n-nicca l-ohra tal-Veronika ma saritx.  Id-devozzjoni lejn din in-nicca kienet kbira hafna.  Dun Guzepp Marija Demicoli kien ghamel talba bil-miktub lill-isqof biex, flok in-nicca, ikollu permess jibni kappella zghira u jqieghed l-istatwa ta’ Gesu Mghobbi s-Salib fiha, fin-nicca flok il-kwadru ta’ l-Altar Maggur.  L-ahbar t-tajba giet fit-23 ta’ Awwissu 1852, meta l-isqof approva t-talba ghall-bini tal-kappella ta’ Santu Kristu.

 

 

 

 

 

Il-knisja Parrokkjali ta' Hal Ghaxaq illum tista' titqies bhala wahda mill-aktar knejjes sbieh u kbar li ghandna f' pajjizna.  Il-Knisja tlestiet mill-bini fl-1756.  Ix-xoghol ta' skultura fuq stil Barokk jiddomina ghal kollox f'din il-knisja.  Huwa stil li jiksi l-knisja kollha minn kull rokna taghha.

   

   

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Photobucket

Web Hosting · Blog · Guestbooks · Message Forums · Mailing Lists
Easiest Website Builder ever! · Build your own toolbar · Free Talking Character · Email Marketing
powered by a free webtools company bravenet.com