|
|
|
|

Din hija statwa tal-gebel li tinsab fil-misrah imsemmi ghall-istess qaddis: Misrah Santu Rokku. Din hija statwa antika hafna tant li kienet saret fi zmien meta Malta kienet mahkuma mill-pesta.
Din l-istatwa tal-gebel hija kwazi replika ta’ l-istatwa titulari li hemm gewwa l-knisja minn idejn Mariano Gerada. Hija statwa li ghandha pedestal tal-gebel ukoll u li ghandha ukoll hadid li jdawwar lil din l-istatwa minn kull naha li ghandha.
Din hija statwa pjuttost ricenti. Giet inawgurata nhar id-19 ta’ Marzu 2003 waqt kuncert muzikali mill-Banda San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq ghall-istess okkazzjoni. Wara ftit zmien li saret din l-istatwa, sarilha wkoll hadid iddekorat mad-dawra kollha tal-pedestall tal-gebel li ghandha.
Din hija t-tieni nicca ta’ l-erwieh. Fin-nofs taghha naraw xbiha tal-Madonna tal-Karmnu. Bhalma rajna fin-nicca l-ohra ta’ l-erwieh, hawnhekk ukoll insibu l-erwieh fuq kull genb tan-nicca. Din tinsab f’ Dawret Hal Ghaxaq inti u diehel ghat-triq li twasslek ghall-bieb ta’ wara tac-cimiterju.
Din hija nicca ohra li taghmel parti mid-Dar tal-Bebbux. Hija nicca li turi x-xbieha ta' San Guzepp bil-Bambin Gesu f' idejh il-leminija. In-nicca, minn barra, hija kollha mdawra bl-arzell tal-bebbux li hija unika ghal pajjizna.
Din in-nicca turi l-krucifissjoni tal-Mulej. Minbarra Kristu fuq is-salib, insibu l-figuri tal-Madonna u San Gwann bil-wieqfa hdejn is-salib. Din in-nicca tinsab sewwa sew ma’ wahda mill-faccati tad-Dar tal-Bebbux.
Din in-nicca ta’ San Guzepp tinsab ukoll fi Triq Santa Marija. Biex tasal ghaliha, trid tghaddi minn Misrah Santu Rokku u ssibha hekk kif tidhol fl-imsemmija triq.
Din hija l-ewwel nicca li ssib fi Triq Santa Marija inti u gej min-naha ta’ Misrah Santu Rokku. Din turi wkoll l-Assunzjoni tal-Madonna. Mhijiex nicca antika hafna.
Huwa mahsub li din in-nicca hija l-eqdem wahda fir-rahal taghna. Taht din in-nicca hemm data li ggib is-sena 1789. L-istil taghha huwa wkoll differenti minn kif naraw in-nicec l-ohrajn.
Din hija nicca differenti li qed turi grajja. Il-grajja li tirrapprezenta hija dik tal-Maghmudija ta’ Kristu. Din in-nicca tinsab fi Triq il-Gudja, precizament fejn il-Bandli.
Statwa helwa ta' San Guzepp li tinsab fuq cinta ta' bejt ta' dar privata f' Misrah Santu Rokku
Nicca ohra ta’ San Guzepp li tinsab fit-triq li ggib ismu – Triq San Guzepp. Hija nicca li tinsab f’kantuniera ta’ faccata ta’ dar li tinsab fl-istess triq.
Din hija nicca ohra li tinstab ukoll fin-naha ta’ Bir id-Deheb sewwa sew fi Triq iz-Zejtun. Hija wkoll wahda mill-eqdem nicec li nsibu fir-rahal u turi l-Assunzjoni tal-Madonna.
Din in-nicca, ahna l-Ghaxqin, insibuha l-aktar bhala l-kurcifiss ta’ Bir id-Deheb. Kif tixhed din id-deskrizzjoni, din in-nicca tinsab gewwa parti ohra fir-rahal msejha Bir id-Deheb izda li taghmel parti minn Triq Santa Marija. Din hija l-iktar nicca li ghadha devota maghna l-Ghaxqin.
Din hija nicca zghira li hija wkoll propjeta ta' dar privata li wkoll qieghda fi Triq Santa Marija fin-naha t'isfel. Din turi ix-xbiha ta' San Frangisk Saverju skond l-iskrizzjoni li nsibu mnizzla taht din in-nicca.
Din hija nicca ta' San Guzepp li tinsab ukoll fi Triq Santa Marija. Din tinsab f' kantuniera ma' Triq 15 ta' Frar 1970
Din hija nicca li tirrapprezenta lil Assunta. Tinsab inti u niezel mill-Knisja Parrokkjali fid-direzzjoni lejn Bir id-Deheb.
Din hija nicca ohra li tinsab fi Triq Santa Marija ezattament biswit il-Knisja Parrokkjali. Tinsab int u hiereg min-naha tal-lemin tal-korsija tal-knisja. Din in-nicca qieghda tirrapprezenta lil Kristu Sultan.
Din in-nicca tinsab fil-frontispizju ta' l-Ghaqda Muzikali Santa Marija. Din qieghda tirrapprezenta lit-tlugh fis-Sema ta' Marija.
Din in-nicca tixbah hafna lil dik ta’ San Frangisk Saverju imsemmija aktar ’il fuq. Din in-nicca turi lil Qalb ta’ Gesu’. Tinsab ezattament fuq il-bieb tas-sagristija tax-xellug.
Din hija nicca li hija propjeta ta' dar privata li tinsab fi Triq il-Gudja. Hija nicca li turi xbieha ta' Kristu Msallab jew ahjar il-Kurcifiss
Din in-nicca nsibuha wkoll bhala l-Madonna tal-Bypass ghax kif iggib din id-deskrizzjoni, turina li din tinsab f’ Dawret Hal Ghaxaq. Hija nicca pjuttost ricenti meta mqabbla mall-kumplament tan-nicec fir-rah
Din hija nicca li tirrapprezenta lill-Madonna taht it-titlu tal-Karmelu. Hija nicca bi stil sabih li hija antika hafna. Tinsab ukoll lejn in-naha t’isfel ta’ Triq Santa Marija


bravenet.com