|
|
|
|

Din hija qanpiena zghira hafna li tinsab precizament fuq wara tal-kampnar tax-xellug. L-ghan ewlieni taghha, kif jixhed isimha kien li taghti sinjal lil dawk li jdoqqu l-qniepen f' xi funzjonijiet ghal meta ghandhom jieqfu mid-daqq.
Tal-Mejtin
Dan il-laqam gej mill-uzu marbut ma’ din il-qanpiena; peress li din il-qanpiena (minhabba l-hoss taghha) tigi uzata waqt it-thabbira u transport ta’ persuni li jkunu hallewna. Din ukoll tinsab fil-kampnar tax-xellug u qieghda fit-tieqa lit hares ghal wara tal-knisja. Din il-qanpiena hija l-eqdem qanpiena fil-kampnari taghna u ggib id-data 1744. aktarx li saret minn Mose Bouchet fil-funderija ta’ l-Ordni. Ghandha dijametru ta’ madwar 104cm (41”). Bhala dekorazzjoni ghandha biss arma u medaljun b’qaddis go fih. Minhabba z-zmien ta’ din il-qanpiena, huwa difficli li tirrikonoxxi min hu l-qaddis u l-arma. L-arma tidher li hi ta’ Isqof, li jista’ jkun li hu Pawlu Alpheran de Bussan, li kien prezenti fi zmien li saret.
Il-Genwiza
L-isem propju taghha mhux maghruf u lanqas l-origini ta’ dan il-laqam. Din il-qanpiena tinsab ukoll fil-kampnar tax-xellug u qieghda fit-tieqa li thares lejn id-djar. Ghandha dijametru ta’ madwar 94cm (37’’) u fuqha nsibu li din il-qanpiena saret f’ Genova fis-sena 1851 minn Giovanni Buzzoli. Din il-qanpiena, flimkien ma’ “Ta’ Dun Marcell”, giet imbierka fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann fil-Belt Valletta. Bhala dekorazzjoni ghandha xbieha ta’ diversi qaddisin fosthom San Gwann il-Battista, San Gorg Martri u San Mikiel.
Iz-Zghira
L-isem, jew ahjar il-laqam, taghha, gej mill-fatt li hi l-izghar qanpiena. Tinsab fil-kampnar tax-xellug, fit-tieqa li thares lejn il-koppla. Ma nafux ezatt min ghamilha, pero hi l-aktar wahda ricenti. Xhieda ta’ dan hija d-data ta’ fuqha li turi MCMXXXIV (1934). Din il-qanpiena ghandha dijametru ta’ madwar 66cm (26’’) u fuq naha minnhom ghandha l-isem MARIA li aktarx huwa l-isem propju taghha. Interessanti li bhala dekorazzjoni ghandha l-armi ta’ Hal Ghaxaq u tal-Vatikan u mad-dawra taghha, ftit l-isfel mill-kuruna (il-parti ta’ fuq tal-qanpiena li tiddendel minnha) ghandha l-kliem “Venite Figli Audite Me” (Ejjew uliedi isimghu lili).
F' din il-pagna se tinghata ftit informazzjoni fuq kull qanpiena individwali li tipposjedi l-Knisja Parrokkjali ta' Hal Ghaxaq.
Ta’ Dun Marcell
Il-laqam ta’ din il-qanpiena ifakkarna fil-benefattur li hallas minn butu ghal din il-qanpiena, il-qassis Dun Marcell Mallia. L-isem propju tal-qanpiena aktarx li hu “Marcella”, imma dan ghadu mhux konfermat. Din il-qanpiena tinsab ukoll fil-kampnar tax-xellug, fit-tieqa ta’ quddiem, li thares ghal fuq iz-zuntier tal-knisja. “Marcella” saret flimkien mal-Genwiza, fis-sena 1851 mill-istess Giovanni Buzzoli ta’ Genova. Bhala dekorazzjoni ghandha l-kurcifiss u diversi xbihat ta’ qaddisin ohra u ghandha dijametru ta’ madwar 134cm (53’’).
Il-Kbira
Ghal darba ohra l-isem ta’ din il-qanpiena mhux cert. Il-laqam taghha gej mill-fatt li hi l-akbar qanpiena fil-knisja. Din il-qanpiena tinsab fil-kampnar tal-lemin, fit-tieqa ta’ quddiem. F’dan il-kampnar m’hemmx aktar qniepen, imma hemm dik li nsejhulha “Ic-Coqlajta” (Din tintuza f’ Hamis ix-Xirka fil-ghaxija u l-Gimgha l-Kbira flok il-qniepen). Il-qanpiena l-Kbira saret fis-sena 1862, ghaxar snin wara li tlesta dan il-kampnar tal-lemin li kien lest fis-sena 1852. Din giet fonduta f’Genova ukoll, imma il-fundatur taghha kien Andrea Maggiolo. Fost id-dekorazzjoni taghha, li taqbel hafna mad-dekorazzjoni tal-Genwiza u Ta’ Dun Marcell, insibu medaljun sabih li juri l-Inkurunazzjoni ta’ Marija Vergni mit-Trinita’ Qaddisa.
Xi jfisser id-Daqq tal-Qniepen?
Il-qniepen ma jezistux biss biex izidu l-ferh tal-festa, imma d-daqq taghhom ghandu lingwa li sfortunatament ftit ghadhom jifhmu. L-anzjani taghna kibru fi zmien fejn il-qniepen kienu jaghmlu parti mportanti mill-hajja spiritwali u socjali taghhom. Dan ma kienx biss ghall-arlogg tal-knisja li kien jimxi mieghu kulhadd, imma wkoll ghal daqq iehor li kellu tifsir specifiku. Se nharsu ftit lejn xi ftit minn dan id-daqq u se nuzaw ukoll it-terminologija marbuta mieghu.
L-Arlogg
Fi zmien meta ftit kellhom arlogg id-dar, il-hin tal-gurnata kien jigi rregolat ma’ l-arlogg tal-knisja. Arloggi differenti jdoqqu b’mod differenti, pero’ bhala kuncett baziku l-arlogg jindaqq b’zewg qniepen. Wahda ddoqq is-sighat u l-ohra l-kwarti. Tal-kwarti iddoqq tokka ghal kwarta, zewg tokki ghal nofs siegha, tlieta ghal neqsin kwart u erbgha ghal siegha. Tas-sieghat iddoqq tokka ghal kull siegha b’massimu ta’ sitt tokki (jigifieri ghas-sebgha terga tibda b’wahda).
Daqq ta’ kuljum biex ifakkarna fit-talb
Dawn huma tokki bil-qanpiena l-kbira li kienu jindaqqu f’hinijiet partikulari tal-gurnata u li kien isir kuljum, barra fil-Gimgha l-Kbira u Sibt il-Ghid meta l-qniepen jibqghu siekta u minflok tindaqq ic-Cuqlajta. L-uzu tieghu kien li jfakkar in-nies ghat-talb marbut mal-hin tal-gurnata. Il-Pater Noster kien jindaqq fis-sitta ta’ fil-ghodu (u kien hemm zmien anke fil-hamsa neqsin kwart) u kien ifakkar n-nies jirringrazzjaw ‘l Alla tal-lejl li jkun ghadu kemm ghadda u jbierku l-jum tax-xoghol li jkun se jibda. L-Angelus Domini jindaqq biex ifakkarna fit-thabbira ta’ l-Anglu lil Marija. Dan jindaqq fit-tmienja, f’nofsinhar u fil-ghaxija ma’ nzul ix-xemx. Ta’ nzul ix-xemx kienet tissejjah ukoll l-Ave Maria; peress li n-nies kienu mdorrijin jghidu Sliema u Qaddisa malli jisimghuhom. Xi saghtejn wara kien jindaqq ta’ l-Imwiet biex ifakkar lin-nies jitolbu ghall-erwieh tal-purgatorju u dawk li jkunu hallewna matul il-gurnata. Minn dawn it-tokki ghadna nisimghu b’mod regolari tat-tmienja u ta’ nofsinhar. Xi drabi nisimghu wkoll l-Ave Maria.
Tal-Hamis u Tal-Gimgha
Din hi mota partikolari ghalina l-Maltin u bidet fl-ibliet tal-Kottonera fl-1781, ezattament fl-Isla. Din hi mota li tindaqq bil-qniepen kollha nhar ta’ Hamis fil-ghaxija u l-iskop kien li tfakkar lin-nies fit-twaqqif ta’ l-Ewkaristija nhar Hamis ix-Xirka. Marbuta maghha hija l-mota tal-Gimgha fit-tlieta ta’ wara nofsinhar. Dan kien isir biex ifakkar lin-nies fil-passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu u l-qofol taghha bil-mewt fuq is-Salib. Ma’ dawn il-moti kien hemm ukoll marbut xi talb li kien jinghad mal-familja. Dawn il-moti kwazi nqatghu ukoll b’mod regolari fir-rahal taghna u nisimghuhom biss meta jkollna xi festa jew fl-ewwel Gimgha u Hamis tax-xahar.
Id-Daqq tal-Quddiesa
Dan isir b’aktar minn 30 tokka ta’ wahda mill-qniepen iz-zghar. Dan isir kwarta qabel kull quddiesa biex ifakkar lin-nies li l-quddiesa jonqosha kwarta biex tohrog. Fis-sitta ta’ fil-ghaxija jew nofs siegha qabel il-quddiesa ta’ fil-ghaxija tindaqq mota zghira biz-zewg qniepen iz-zghar, imsejha ir-Ruzarju. L-uzu taghha hi li tfakkar lin-nies li fil-knisja tkun se tibda tinghad it-talba tar-Ruzarju.
It-Trapassjoni
Din tindaqq bit-tlett qniepen iz-zghar li jalternaw b’sekwenza ta’ niket u bil-mod. Din tindaqq meta tinghata l-ahbar ta’ mewt fil-parrocca u waqt it-trasport tal-mejjet ghal knisja u mill-knisja ghac-cimiterju. Dan id-daqq ghadu jsir b’mod regolari.
Il-Glorja
Din tindaqq biz-zewg qniepen iz-zghar b’nota ferrihija. Din tintuza meta tithabbar xi twelid fil-parrocca. Fl-antik, meta r-rahal kien izghar u hafna twelid kien isir fid-djar, il-majjistra kienet mill-ewwel tinforma lis-sagristan u dan jaghti l-ahbar bil-qniepen lir-rahal kollu. Illum ma tantx ghadna nisimghu l-Glorja. Kultant tindaqq fuq rikjesta personali, pero’ ftit ghadhom jifhmu din il-mota.
Daqq waqt il-Quddiesa
Dan ma jsirx f’quddies lett, imma f’quddies specjali, meta tkun xi festa kbira jew jkun hemm festa fir-rahal.
Il-Glorja: Tindaqq mota qasira bil-qniepen kollha waqt il-kant tal-Glorja. L-istess haga tigri meta f’quddiesa jitkanta t-Te Deum
Il-Priedka: Tindaqq tokka kull tant bil-qanpiena l-Kbira mill-bidu tal-quddiesa sakemm jibda jinqara l-Evangelju. Din tintemm b’zewg tokki kif jispicca l-Evangelju. Din tindaqq ukoll fil-priedki ta’ l-Ezercizzi tar-Randan fejn it-tokka tibda minn madwar kwarta qabel il-priedka.
Is-Sanctus: Dan jindaqq b’zewg qniepen waqt it-talba ta’ l-Ewkaristija. Tindaqq tokka b’qanpiena waqt it-talb tal-qassis u zewg tokki b’zewg qniepen waqt l-elevazzjoni (meta l-qassis jgholli s-sagrament).
Il-Barka: Kull darba li jkun hemm barka sagramentali tindaqq mota qasira bil-qniepen kollha sakemm is-sagrament ikun mgholli mill-qassis (L-Elevazzjoni tas-Sagrament).
Moti tal-Festi
Dawn jindaqqu meta fil-knisja tkun qed issir xi festa specjali. Il-mota tindaqq bil-qniepen kollha b’nota ferrihija. Il-qniepen jindaqqu f’sekwenza, jew miz-zghira ghall-kbira jew mill-kbira ghaz-zghira. Hafna drabi mota ddum ghal madwar kwarta. It-tul u n-numru ta’ moti li jindaqqu jinbidel skond il-grad tal-festa li tkun qieghda tigi ccelebrata. Mota tista’ tindaqq wahidha jew f’sekwenza ta’ moti, ezempju mota ta’ kwarta tista’ tigi repetuta ghal tliet darbiet b’waqfa qasira bejn mota u ohra. Hafna drabi l-mota tindaqq f’ nofsinhar u qabel il-quddiesa ta’ filghaxija. F’kaz ta’ festa fil-parrocca, mota tista’ tindaqq ukoll ma’ sbieh il-jum jew qabel il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa fil-ghodu. Ma’ din tintrabat ukoll il-mota tal-Purcissjoni. Meta fil-parrocca jkun hemm xi purcissjoni, kemm ta’ xi festa jew purcissjoni devozzjonali, tindaqq mota mal-hrug tal-purcissjoni u mad-dhul. It-tul tal-mota ivarja skond in-natura tal-purcissjoni. Hafna drabi l-moti jindaqqu sakemm il-purcissjoni tkun qrib il-knisja jew fil-pjazza.

bravenet.com