|
|
|
|

Skond data li tidher imnaqqxa fuq it-tieqa principali tal-faccata tal-knisja, il-knisja Parrokkjali taghna fl-2006, ghalqet 250 sena mibnija. Din id-data turi 1756 u hija l-marka li ghamlu missirijietna biex juru li lestew il-bini tal-Knisja Parrokkjali. Dan huwa avveniment li m’ghandniex inhalluh ghaddej.
Kif tista’ ma tkunx kburi bl-arkitettura u l-iskultura li din il-knisja hija mzejna biha? Il-pjanta tal-knisja hija bbazata fuq salib Latin. Minn barra u minn gewwa, il-knisja hija xempju ta’ l-istil Barokk. Il-faccata hija mibnija fuq il-mudell tal-knisja Arcipretali taz-Zejtun, fejn il-Perit Sebastiano Saliba (1707 – 1781), ha l-parti centrali taghha u applikaha ghall-knisja taghna. Il-faccata hija maqsuma f’ zewg ordnijiet u l-istil barokk jispikka fid-dekorazzjoni madwar il-bieb, it-tieqa u l-fondispizju (li huwa tipiku tal-knejjes barokki).
Fuq gewwa, il-knisja timxi fuq stil Korintin. Pilastri kwadri u gholjin iserhu fuq bazijiet mdaqsin u inkurunati b’kapitell tipiku Korintin. Fuqhom iserrah l-Arkittrav li jdur dawra mejd mal-knisja kollha. Bejn il-pilastri nsibu sitt arkati fil-korsija u tnejn f’ kull kappellun. S’hawn l-arkitettura tfakkrek hafna fl-istil klassiku taz-Zmien il-Griegi u r-Rumani. L-istil Barokk, fil-fatt, huwa stil li jdawwar l-istil klassiku f’ wiehed iktar teatrali u movimentat. Dan jispikka fl-iskultura li zzejjen l-artali kollha tal-knisja. Kull arkata qisha tieqa li tinfetah fuq il-glorja tal-genna. Kull kwadru ta’ l-artali huwa mdawwar bi gwarnic skulturat u inkurunat bi glorja ta’ angli madwar raggiera.
L-isbah effett Barokk zgur li jispikka fiz-zewg kappelluni; ta’ l-Agunija u tar-Ruzarju. F’ dawn iz-zewg kappelluni, l-iskultura ma tinqafilx fl-arkata, imma tohrog u timla’ l-kappellun kollu. Sahansitra l-arkitrav jintesa u l-iskultura tibqa’ titla’ ‘l fuq sa l-arzella tas-saqaf. Din l-iskultura barokka ftit issib bhalha u daqshekk imponenti fil-knejjes Maltin. Ix-xjuh tar-rahal jirrakkuntaw li l-isbah skultura kienet madwar l-artal tal-kor. Jghidu li din l-iskultura kienet timla l-kor kollu bhall-kappelluni u kienet tirrapprezenta l-gudizzju Universali. Isfel kien hemm l-erwieh qeghdin jigu mghejjuna mill-angli. L-arzella kienet mimlija b’raggiera kbira kif naraw fil-kappelluni u f’nofsha kien hemm l-Ispirtu s-Santu. Ftit l-isfel kien hemm Alla l-Missier u Alla l-Iben fuq is-shab u mdawrin bl-angli. Sfortunatament dan kollu nistghu biss nimmaginawh ghax ghadna ma ltqajniex ma’ ritratti jew dokumenti ohra (barra rakkonti) li juruna ezatt kif kienet. Zgur hu, li din l-iskultura tqactet fil-bidu tas-seklu ghoxrin, wara movement li laqat kwazi l-knejjes barokki kollha ta’ pajjizna. F’dak iz-zmien kien hawn movement li ried inehhi l-element barokk (ikkunsidrat goff) mill-knejjes. B’xorti tajba, ahna il-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Ghaxaq tilfet biss l-iskultura tal-kor. Hafna mill-knejjes, fosthom ta’ Haz Zabbar u ta’ San Gorg Hal Qormi, gew imqaxxra kompletament mill-iskultura Barokka. Din l-iskultura kollha aktarx giet iddizinjata minn Francesco Zahra jew minn huh Felice Zahra li kien ha s-sengha ta’ missieru Pietro Paolo Zahra li kien skultur maghruf. Dokumenti ta’ dan m’ ghandniex.
Fl-ahhar u mhux l-inqas, ma nistghux ma nsemmux il-koppla u l-kampnari. Aktarx li l-koppla tlestiet daqsxejn wara d-data ta’ l-1756. Fil-fatt, skond zjara ta’ l-isqof Rull li ghamel fl-1759, sab li l-korsija principali kienet imsaqqfa, imma l-koppla kienet biss mibdija. Zgur li z-zewg kampnari kien ghadhom mhux lesti. Il-kampnar tan-naha ta’ l-Agunija kien lest fis-sena 1762, waqt li l-iehor kien lest kwazi mitt sena warajh, fis-sena 1852. Il-koppla taghna hija wahda mill-akbar koppli f’pajjizna, specjalment meta tikkunsidra z-zmien li nbniet fih – kuruna imponenti fuq dan it-tempju. Il-kampnari jkomplu jsostnu l-istil barokk, specjalment mit-tieni cinta ‘l fuq. Il-linji dritti ta’ l-ewwel zewg ordnijiet jintesew u jaghmlu spazju ghall-arkati tat-twieqi tal-qniepen u tal-faccati ta’ l-arloggi.
Meta kien lest, fis-sena 1756, dan it-tempju kien twil 158 pied mill-bieb il-kbir sa tarf il-kor. Il-wisgha mill-artal ta’ l-Agunija sa’ l-artal tar-Ruzarju (tul iz-zewg kappelluni) huwa ta’ 103 piedi, waqt li l-korsija principali hija wiesgha 27 pied. Dan ifisser li l-knisja ta’ Hal Ghaxaq, meta tlestiet, kienet il-hames l-akbar knisja f’Malta; wara l-Kon-Katidral ta’ San Gwann (187 pied), il-Katidral ta’ l-Imdina (180 pied), il-Bazilika ta’ Sant’Elena Birkirkara (177 pied) u l-Knisja Arcipretali ta’ San Filep Haz Zebbug (165 pied).
Din hija xi haga kbira hafna meta tikkunsidra c-cokon tal-popolazzjoni ta’ Hal Ghaxaq fis-seklu tmintax u tqabbilha mal-popolazzjoni tal-bliet. Nistghu biss nimmaginaw is-sagrificcji li ghamlu missirijietna fi zmien meta l-ghajnuna ta’ l-ghodda kienet limitata. Id-dmir taghna issa hu li ma naghmlux ghajb lil ta’ qabilna.
Ejja nkunu kburin li ahna Ghaxqin u bit-tezori li ghandna.
Din is-silta hija mehuda mill-ktieb tal-Festa ta’ San Guzepp 2006 pg 125 - 127






bravenet.com