|
|
|
|

Il-Knisja Parrokkjali ta' Hal Ghaxaq hija sinjura wkoll fejn jidhlu statwi li jintuzaw ghal xi festa partikulari. Fost l-istatwi li nsibu f’ din il-Knisja hemm: Santa Marija, San Guzepp, il-Madonna tar-Ruzarju, il-Madonna ta’ Fatima, Santa Rita u sahansitra il-vari li johorgu processjonalment matul il-Gimgha Mqaddsa li f’ Hal Ghaxaq issir f’ Hadd il-Palm.

F' Novembru tas-sena 1932, gewwa r-rahal ta' Hal Ghaxaq kienet waslet fost ferh kbir l-istatwa tant ghaziza u devota ta' San Guzepp. Din kienet ingiebet mill-belt Taljana ta' Milan wara li nhadmet mid- Ditta 'Fratelli Berendelli'. F'dik l-istess gurnata kienu zzanznu wkoll il-pedestall ta' taht l-istatwa, flimkien mar-raggieri ta' San Guzepp u l-Bambin u l-gilju f'id San Guzepp, li huma lkoll tal-fidda. Fis-sena 1968, il-kumitat tas-Socjeta' Muzikali San Guzepp kien iddecieda li kellhom jinzebghu mill-gdid il-karnaggon ta' l-ucuh, l-idejn u r-riglejn ta' San Guzepp u tal-Bambin. Dan ix-xoghol kien sar mill-artist Raphael Bonnici Cali minn Hal Tarxien. Il-Festa f' gieh San Guzepp gewwa Hal Ghaxaq tigi ccelebrata fl-ewwel Hadd ta' Gunju.

Kien fis-sena 1808 li s-sinjura Marija Farrugia ordnat statwa ta' Santa Marija minghand Mariano Gerada, wiehed mill-aqwa skulturi ta' dak iz-zmien li kien hawn f'Malta. Din l-istatwa inhadmet fl-injam, u x-xoghol taghha sar kollu fil-hanut ta' l-istess skultur, li huwa kellu f'Bormla. Din l-istatwa kienet il-proprjeta' privata ta' din il-mara, u ghalkemm kienet tintuza fil-festa, xorta wahda baqghet ta' din is-sinjura. Kien biss fis-sena 1812 li din l-istatwa nghatat lill-knisja mill-werrieta tas-sinjura Gio. Maria Farrugia. L-istatwa tal-Madonna hija simili ghal hafna ohrajn li naraw f'Malta. Tidher hierga minn gol qabar fuq shaba bajda. Magenbha hemm anglu, li qiesu qieghed jghinha titla' lejn is-Sema. Idejn il-Madonna huma miftuhin, b'harsitha il-fuq ukoll. Matul is-snin din l-istatwa sarulha diversi tibdiliet u zidiet. Din l-istatwa hija wkoll it-tieni wahda ta' l-Assunta li saret sena biss wara dik tal-Parrocca tal-Gudja.













bravenet.com